Il-Juventus Club Vero Amore stieden f’Malta lill-eks plejers ta’ Juventus Alessandro Birindelli, Edgar Davids u Ciro Ferrara fl-okkażjoni tal-40 sena mit-twaqqif tal-klabb.
Id-dettalji ta’ din l-attivita’ ngħataw mill-President tal-klabb, Joseph Fenech, akkumpanjat minn Manuel Cassar, wieħed mill-fundaturi tal-klabb u Viċi President attwali. Joseph Fenech ippreżenta wkoll it-tessera li l-klabb se joħroġ għall-istaġun li ġej u li tiċċelebra wkoll l-unur tal-ikbar klabb tas-sapporters Juventini mogħti lil dan il-klabb.
Joseph Fenech ħabbar ukoll ċelebrazzjonijiet li se jsiru barra l-klabb f’Birkirkara għall-finali tac-Champions League ta’ għada.
Edgar Davids u Ciro Ferrara se jattendu wkoll għal Sunday Lunch fejn dawk preżenti se jkollhom l-opportunita’ li jiltaqgħu ma’ dawn il-plejers.
L-Erbgħa 10 ta’ Ġunju l-klabb se jkun qed jonora lill-eks Presidenti tal-klabb waqt li fil-jiem li ġejjin il-membri tal-Kumitat ikomplu jiltaqgħu mal-ogħla awtoritajiet, fosthom il-President tar-republika.
Din iż-żjara ssegwi l-laqgħa mal-Kap tal-Oppoħizzjoni Simon Busuttil fl-uffiċju tiegħu fid-Dar Ċentrali tal-PN fejn ġie pprezentat b’pubblikazzjoni bir-ritratti mill-istorja ta’ Juventus bħala rikordju ta’ din iż-żjara.
Fil-laqgha mal-President ta’ Malta, il-klabb se joffri wkoll wheelchair għall-użu ta’ persuni b’diżabilta’ li se jintuża minn organizzazzjoni tal-għażla tal-President stess.
//= $special ?>