“Lesta biex nibda”. Kienu dawn l-ewwel kummenti tas-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Rosette Thake, f’intervista li saret minn Frank Psaila waqt l-edizzjoni tal-bieraħ tal-programm Iswed fuq l-Abjad.
Kien vot qawwi dak li ġabet Rosette Thake fl-Eżekuttiv, mhux biss għaliha iżda wkoll għall-Uffiċjali kollha tal-Partit. Thake għamlitha ċara li fil-kariga tagħha se taħdem biex tilħaq in-nies li sal-lum għadhom ‘il bogħod jew li għadhom mhumiex komdi jersqu lejn il-Partit Nazzjonalista.
Is-Segretarju Ġenerali l-ġdid ikkummentat dwar il-miri tagħha, issa li l-Partit Nazzjonalista diġà naqqas id-distakk minn mal-Partit Laburista bin-nofs.
Thake, l-ewwel Segretarju Ġenerali mara tal-Partit Nazzjonalista, spjegat li se tkun qed taħdem fuq it-tisħiħ tal-istrutturi tal-Partit, kif ukoll biex jissaħħaħ il-messaġġ tal-Partit, inkluż il-messaġġ li joħroġ mill-media.
//= $special ?>