Il-winger ta’ 22 sena Luke Gambin, li jilgħab fl-Ingilterra ma’ Barnet, jidher li qed iħalli impressjoni tajba fuq il-kowċ Malti Pietro Ghedin.
Gambin jinsab f’Malta għal prova ta’ ħamest’ijiem mat-tim nazzjonali Malti.
Ta’ min jirrimarka li s’issa Gambin għad m’għandux il-passaport Malti imma jidher li mhux se jkolli problemi jakkwistah minħabba li għandu dixxindenza Maltija.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

