Il-gowlkiper Brittaniku Matthew Towns għandu numru ta’ opportunitajiet fejn se jkompli l-karriera tiegħu matul l-istaġun li ġej.
Fuq Facebook hu ħabbar li jista’ jkun qed jitkellem l-Ingliż, Ġermaniż, Welsh, Skoċċiż jew saħansitra l-Malti.
Wara esperjenza mal-klab tat-Tieni Diviżjoni Iżlandiża, Aegir FC, Towns lagħab għal St. Andrew’s u riċentament San Ġwann fejn rebaħ il-Kampjonat u kien ukoll kowċ tal-goalkeepers.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

