200 litru żebgħa, mogħtija minn Dulux Paints u Vee Gee Bee, flimkien mal-idejn ta’ membri tal-familji, impjegati u voluntiera ta’ Inspire, biddlu l-bitħa u xi żoni fuq ġewwa tal-bini tal-Inspire.
L-attività saret ix-xahar li għadda wara li l-kumpaniji f’Malta għażlu propju lill-Inspire bħala l-entità li tgawdi mill-inizjattiva annwali ta’ Dulux, Let’s Colour Project ta’ din is-sena. L-inizjattiva sseħħ madwar id-dinja kollha bil-għan li toħloq ambjent aħjar permezz tal-kuluri.
Kenneth Gauci Borda, direttur maniġerjali ta’ Vee Gee Bee Ltd, spjega kif għal darb’oħra l-kulur irnexxielu jibdel u jagħti ħajja lil żona li kienet pjuttost mudlama. Fisser kif il-programm Let’s Colour għandu l-għan li jagħmel differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies madwar id-dinja.
Antonello Gauci, il-kap eżekuttiv ta’ Inspire, irringrazzja lil kull min xammar il-kmiem u għen fl-inizjattiva u lil Dulux u Vee Gee Bee li kellhom idea eċċezzjonali.
//= $special ?>