Lokali

Ċerimonja li tfakkar is-Sette Giugno tal-1919

Illum saret l-ewwel ċerimonja ta’ tifkira tas-Sette Giugno.

Is-Sette Giugno, jfakkar l-irvell tal-1919 meta waqt protesta minħabba drittijiet politiċi u soċjali bħaż-żieda fl-ogħli tal-ħajja, suldati Ingliżi kienu fetħu n-nar fuq il-Maltin, fejn inqatlu Guzeppi Bajada, Manwel Attard, Wenzu Dayer u Karmenu Abela.

Din hi festa nazzjonali li għandha wkoll konnessjoni qawwija mal-istituzzjonji tal-Parlament minħabba li l-irvellijiet saru waqt laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali li kienet qed tiddiskuti proposta ta’ kostituzzjoni li biha Malta kellha ssir kolonja awtonoma fi ħdan l-Imperu Ingliż, kostituzzjoni li mbgħad ngħatat sentejn wara, fl-1921.

Waqt iċ-ċerimonja għamel diskors l-Ispeaker tal-Parlament, Anglu Farrugia, fejn minbarra li qal x’gara dakinhar, għamel referenza għal talba li saritlu biex il-monument li jfakkar dan l-avveniment ma jibqax fi Gnien Hastings. Hu qal li jaqbel ma’ din il-proposta u li hu tal-fehma li għandu jitqiegħed fil-vicinanza immedjata tal-bini tal-Parlament.

Anglu Farrugia qal wkoll, li l-istazzjon tal-Parlament irid ikun disponibbli wkoll free to air u dan għaliex ma nistgħux nikkondizzjonaw dan id-dritt li għandu jkollu kulħadd, kull min irid isegwi d-demokrazija parlamentari f’pajjiżna. Għalhekk Anglu Farrugia qal li dan id-dritt għandu minnufih jingħata lil din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż sabiex ikompli jissaħħaħ il-livell ta’ trasparenza fid-demokrazija parlamentari f’pajjiżna.

F’Jum is-Sette Giugno, jigifieri għada se ssir iċ-ċerimonja oħra dik tat-tqegħid tal-fjuri mill-Kumitat Festi Nazzjonali fuq il-Monument u fuq il-qabar tal-vittmi fiċ-ċimiterju Santa