Lokali

Ejja nħallu dinja isbaħ u aqwa għal uliedna – PN

 Hekk kif in-Nazzjonijiet Uniti llum qed tfakkar il-Jum Dinji tal-Ambjent, il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li qed iwassal messaġġ lil dawk kollha ta’ rieda tajba biex jiddefendu l-ambjent ta’ pajjiżna. It-tema ta’ din is-sena hija : Seba’ biljun ħolma. Pjaneta Waħda. Uża bil-għaqal.

F’dan il-filmat, ara l-messaġġ tax-Shadow Minister tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Trasport Marthese Portelli u l-Kelliem tal-Ambjent, l-Ippjanar, l-Artijiet u l-Infrastruttura Ryan Callus.