Sewwieq ta’ mutur ta’ madwar 30 sena miż-Żejtun jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gudja. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:45 fi triq Dawret il-Gudja, fl-inħawi qrib il-Palazz ta’ Bettina fil-Gudja.
Minn investigazzjonijiet preliminari jidher li għal xi raġuni kien hemm impatt bejn karozza tat-tip Toyota Corolla misjuqa minn guvni ta 21 sena residenti Ħaż-Żabbar u mutur tat-tip Honda 110 misjuq minn raġel ta’ 30 sena. Il-mutur u l-karozza kienu sejrin f’direzzjoni opposta.
Is-sewwieq tal-mutur u l-mara li kienet riekba fuq il-mutur mal-impatt taru minn fuq il-mutur u spiċċaw diversi metri ‘l bogħod minn fejn seħħ l-inċident.
It-tliet persuni involuti ttieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
//= $special ?>