Bejn għada u l-Ħadd il-Parlament se jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku biex ikollu l-opportunità jżur il-binja l-ġdida tal-Parlament li ġiet inawgurata fl-4 ta’ Mejju li għadda.
Il-ħinijiet tal-ftuħ se jkunu għada s-Sibt is-6 ta’ Ġunju bejn id-9.00 ta’ filgħodu u l-4.00 ta’ waranofsinhar, u nhar il-Ħadd, is-7 ta’ Ġunju bejn id-9.00 ta’ filgħodu u s-1.00 ta’ waranofsinhar.
Matul l-open weekend, il-Membri Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista se jkunu qed jiltaqgħu u jitkellmu man-nies preżenti. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil se jkun qed jiltaqa’ man-nies fil-bini tal-Parlament il-Ħadd fl-10 ta’ filgħodu. Il-Pubbliku huwa mistieden jattendi u jiltaqa mal-Kap tal-Oppożizzjoni jew mal-Membri Parlamentari.
Waqt li jkunu għaddejjin dawn l-attivitajiet, għada fl-10.00am l-Ispeaker ser ikun qed iniedi ktieb bl-isem: Winning People’s Hearts: How Social Inclusion Informed the 2013 Malta General Election Campaign, xogħol il-Professur Paul A. Bartolo fis-serje ta’ kotba Education Research Monograph Series.
//= $special ?>