Lokali

Il-Gvern għandu dritt jitlob kumpens għal xogħol ta’ kwalità inferjuri – l-MEA

L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) ħeġġet lill-Gvern u lill-Oppożizzjoni biex iħallu, b’mod seren, l-applikazzjoni tal-liġijiet u l-proċeduri biex jiġu stabbiliti b’mod ċar min kien responsabbli għax-xogħlijiet ta’ kwalità inferjuri fl-isptar Mater Dei.

L-MEA qalet li l-Gvern għandu jibqa’ jsostni d-dritt garantit tiegħu li jfittex għal kumpens għal dak li hu evidenti bħala xogħol inferjuri meta l-kuntratturi tħallsu b’mod sħiħ skont ir-rati stabbiliti.