Ewropa

Il-libertajiet ċivili, il-ġustizzja u l-intern u l-immigrazzjoni priorità għal Roberta Mestola

L-Ewro-parlamentari Roberta Metsola sostniet li matul dawn it-12-il xahar li għaddew il-ħidma tagħha kienet iffukata l-aktar fil-Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, li jittratta wkoll l-immigrazzjoni.

F’attività li ffukat fuq l-ewwel sena ħidma tagħha bħala Ewro-Parlamentari Ewropej f’din il-leġiżlaturra, Roberta Metsola qalet li ftit wara l-elezzjoni kienet eletta bħala Deputat Koordinatur tal-Partit Popolari Ewropew f’dan il-Kumitat, li jfisser li tkun involuta fil-proċess kollu tan-negozjati dwar kull dossier li jkun hemm quddiem dan il-Kumitat.

Hi sostniet li l-aktar wieħed importanti kien ir-rapport dwar il-Migrazzjoni fil-Mediterran li hi r-rapporteur tiegħu. Determinati li nippreżentaw rapport li janalizza l-kwistjoni tal-migrazzjoni b’mod ħolistiku u minn kull aspett. Hija responsabbiltà kbira u u rridu naslu għall-konkluzjonijiet korretti. L-Ewropa għandu jkollha politika aħjar, li tirrispondi sew għal din l-isfida fejn kulħadd jerfa’ r-responsabbilità tiegħu skont il-prinċipju tas-solidarjetà, sostniet Roberta Metsola.

L-MEP Metsola kompliet li hi tat importanza qawwija fil-Parlament Ewropew għal kwistjonijiet dwar il-migrazzjoni, l-ażil, il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, il-privatezza u s-sigurtà u kienet involuta ħafna fid-dibattiti dwar il-Passenger Name Record u l-politika ġdida tal-Unjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Fid-dawl tas-sitwazzjoni difiċli fil-Libja u l-Mediterran, ix-xogħol tagħha ħa dimensjoni akbar u aktar rilevanti għal Malta u għar-reġjun kollu. Tul din is-sena Metsola fasslet u kitbet rapporti tal-Parlament Ewropew u riżoluzzjonijiet dwar l-ażil u s-sitwazzjoni fil-Mediterran li ssejjaħ għal rispons ħolistiku għall-isfidi tal-migrazzjoni.

Fi ħdan dan il-kumitat Metsola hi wkoll ix-Shadow Rapporteur jew il-Kelliem tal-EPP fuq ir-rapport li jitratta mat-trasferiment ta’ immigranti li jkunu tfal u li ma jkunux akkumpanjati u kienet responsabbli għal riżoluzzjoni konġunta dwar id-drittijiet tat-tfal fl-okazzjoni tal-25 Anniversarju tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Tfal.

Roberta Metsola kompliet li bħala t-tieni Viċi-President tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, dan il-Kumitat iġibha f’kuntatt kontinwu ma’ ċittadini Maltin u minn madwar l-Ewropa li jirrikorru għall-Kumitat biex iħarsu d-drittijiet tagħhom. Dan huwa l-Kumitat li hu l-eqreb taċ-ċittadini, partikolarment ta’ nies li jħossu li huma maqtugħa mill-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Fi ħdan dan il-Kumitat Metsola maħtura bħala r-rapporteur dwar ir-rapport speċjali tal-Ombudsman Ewropew fl-inkjesta dwar il-FRONTEX u hi responsabbli fi ħdan l-EPP ta’ kull petizzjoni li tittratta d-drittijiet tat-tfal.

Metsola sostniet li għandi passjoni li jitneħħew l-ostakoli li jeżistu għal nies differenti. Bħala membru tal-inter-grupp dwar id-diżabilità, flimkien ma’ oħrajn imbuttajt u għamilt il-każ biex persuni b’diżabilità jkollhom bi dritt l-istess opportunitajiet bħal ħaddieħor. Xi kultant huma l-affarijiet żgħar li jagħmlu l-akbar differenza. Hekk kif għamilt, se nkompli nżomm kuntatt mar-rappreżentanti u l-persuni b’diżabilità biex nifhem aktar l-aġenda u l-prijoritajiet tagħhom u ngħin biex dawn jiġu indirizzati, enfażizzat Robrta Metsola.

Flimkien ma’ MEPs oħra, Metsola kitbet lill-Kummissjoni Ewropea biex issir inistenza li d-drittijiet ta’ persuni LGBTI jingħataw l-attenzjoni dovuta fil-proċess leġiżlattiv. Bħala Membru tal-LGBTI Inter-Grupp tal-Parlament u l-Kelliem tal-EPP fuq ir-Roadmap kontra d-Diskriminazzjoni u l-Omofobija se nkompli nirsisti u naħdem fuq issues li jolqtu nies LGBTI, sostniet Roberta Metsola.

Bħala parti mir-responsabbilitajiet tagħha fil-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar is-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħalissa Metsola qed taħdem fuq żewġ rapporti – wieħed dwar is-sigurtà tal-prodotti u ieħor dwar id-dwana. Fiż-żewġ rapporti rridu nsibu t-triq li tkun ta’ benefiċċju għal konsumaturi u għall-industrijalisti.

Roberta Metsola kompliet li bħalma rridu li nneħħu l-burokrazija żejda, hekk ukoll irridu li nneħħu
l-ispejjeż żejda. Għalhekk ħdimt biex jitneħħew t-tariffi żejda u inġusti meta persuna tkun qed iċempel minn fuq il-mobile u tkun barra minn pajjiżha. F’suq diġitali, dawn l-ostakoli għal min hu fin-negozju u għall-klijenti li jkunu fuq xi btala għandha jintemmu. F’dan il-qasam, għandna triq oħra għat-telgħa – li tintemm is-sistema hekk imsejħa Geo Blocking, li jfisser li xi kontentut ikun imblukkat f’ċertu pajjiżi, bħal Malta iżda mhux f’oħrajn.

Bħala membru tal-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għar-relazzjonijiet mal-Istati Uniti, f’Marzu li għadda, Metsola kienet involuta f’diskussjonijiet fl-Istati Uniti dwar it-Transatlantic Trade and Investment Partnership (TTIP). In-negozjati se jkomplu fix-xhur li ġejjin. Il-pakkett finali għandu jieħu in kunsiderazzjoni l-interessi kollha tal-konsumaturi u n-negozji, partikolarment l-SMEs.

Roberta Metsola hi involuta wkoll f’kampanja li qed issir biex il-Parlament Ewropew jiltaqa’ f’post wieħed. B’hekk jiġu frankati €180 miljun kull sena u nnaqqsu 19,000 tunnellata ta’ CO2 li joħorġu fl-arja. Wasal iż-żmien għall-bidla u se nkomplu nagħmlu din il-pressjoni sakemm dan jispiċċa dan isir, sostniet Roberta Metsola.