Lokali

Kodiċi tal-Etika skandaluż

Il-Gvern Laburista f’kontroversja gdida. Issa Ministru jista’ jibqa’ jipprattika fil-privat jekk dan ikun fl-interess nazzjonali – dettalji zvelati mit-Times dalghodu, wara talba li ghamlet din il-gazzetta biex tara il-Kodici tal-Etika l-gdid.

U min jiddeciedi jekk hux fl-interess nazzjonali jew le? Ir-risposta hija cara. Il-Ministri infushom se jkollhom il-poter jiddeciedu fuqhom stess jekk huma jistghux ikomplu bil-prattika fil-privat waqt li qed iservu fil-Kabinett.

Fi kliem semplici, dan ifisser li Ministru – li sippost huwa full-time – se jkun permess ikompli jipprattika ta’ perit, tabib jew dentist. Xi haga li fi zmien amministrazzjoni precedenti kienet assulutament mhix accettata, u kienet tmur kontra l-Kodici tal-Etika tal-1994.