“Li kieku nista’ ningħaqad miegħek biex inkompli nieħu ħsiebek.” Kienu dawn l-ewwel kummenti ta’ Marija Micallef, it-tfajla ta’ 15-il sena ta’ Matthew Bartolo li lbieraħ inqabad f’magna tal-injam u tilef ħajtu traġikament f’fabbrika f’Ħal Luqa
Marija rrakkontat li Matthew kien dejjem jgħidilha li lmewt biss tista’ tifridhom, kif filfatt ġara meta sfortunatament iż-żagħżugħ dejjem daħqan kien vittma ta’ dan l-inċident sfortunat.
Fil-kummenti tagħha Marija qalet li kienet tqis lil Matthew bħala r-raġel tagħha u wara dak li ġara ħajjtiha se tkun diffiċli ħafna. Fuq Facebook hi talbet bil-ħniena lil Matthew biex jerġa lura magħha. “Ma nistax inkompli mingħajrek. Tlift lilek, tlift kollox.”
Hi ddeskriviet lil Mattew bħala l-anġlu tagħha, it-teżor li tilfet. Fil-profil tagħha Marija rċeviet numru ta’ kummenti ta’ kuraġġ, fosthom nies li fakkruha li Matthew jrid jibqa’ jarahha kuntenta.
Segwi wkoll: “Kif ħa tkun festa mingħajr iċ-ċajt tiegħek?” – xokk fost sħab Matthew Bartolo
//= $special ?>