Wara li fil-media ħareġ li l-Gvern biddel il-Kodiċi ta’ etika biex issa l-Ministri u Segretarji Parlamentari jistgħu jibqgħu jipprattikaw il-professjoni personali tagħhom, kienu bosta r-reazzjonijiet ta’ persuni, wħud minnhom involuti fil-politika, li wrew it-tħassib tagħhom dwar l-emendi li saru fil-kodiċi ta’ etika.
Fost dawk li kkritikaw bl-aħrax din id-deċiżjoni tal-Gvern ta’ Muscat, hemm is-soċjologu Michael Briguglio li fuq Twitter kien ċar fi kliemu : li l-Labour qed jieħu attitudni ta’ “ejja ha nsiru sinjuri” – attitudni li skont Michael Briguglio hija investiment għal 25 sena ohra fl-Oppożizzjoni.
Kiteb wkoll l-editur tal-gazzetta Maltatoday u l-preżentatur Saviour Balzan, li fuq twitter kiteb li hu mdejjaq bid-deċiżjoni tal-gvern li jbiddel il-kodiċi ta’ etika u li erġajna se morru għall-passat.
Fuq Facebook kitbet wkoll id-deputat Laburista Marlene Farrugia fejn qalet: “Dawn bis-serjeta’? Filwaqt li kompliet tistaqsi: Kif ser tiżdied il-kontabilita’ u t-trasparenza fil-ħidma tal-Ministri jekk tal-familja se jiġu eżentati mill-iskrutinju tal-assi?
//= $special ?>