Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena Matthew Bartolo, li lbieraħ safa’ vittma ta’ inċident ikrah f’fabbrika tal-injam f’Ħal Luqa, se jingħata l-aħħar tislima nhar it-Tnejn li ġej.
Il-funeral ta’ Bartolo se jsir fit-15:30 fil-Knisja Parrokkjali San Leonardu Abbati ta’ Ħal Kirkop.
Min ser jattendi l-funeral huwa mitlub jilbes l-abjad jew blu, il-kuluri ta’ San Ġużepp, il-qaddis li kien tant għal Matthew Bartolo.