Lokali

Parti mill-film Assassin’s Creed se jinġibed f’Malta

Il-film tant mistenni ta’ Assassin’s Creed, ibbażat fuq logħba li ġġib l-istess isem, se jinġibed fir-Renju Unit u f’Malta.

Il-film hu f’idejn il-kumpanija Amerikana Regency Enterprises u bħala producer għandu lil Michael Fassbender, li se jkollu wkoll parti mill-film.

Fassbender fost l-oħrajn ħa sehem f’films rinomati fosthom Inglourious Basterds, X-Men: First Class, X-Men: Days of Future Past u 12 Years a Slave.

Il-filming ta’ Assassin’s Creed jibda f’Settembru li ġej, bil-maġġoranza tal-filming isir fir-Renju Unit.