Lokali

Voxpop: Verżjonijiet dwar x’għandu jagħmel il-Gvern mal-kumpaniji li provdew konkos ħażin fl-Isptar Mater Dei

Verżjonijiet differenti ta’ membri fil-Kabinett dwar x’ghandu jaghmel il-Gvern mal-kumpaniji li provdew il-konkos ħażin fl-isptar Mater Dei.

Stqarrija tal-Gvern issostni li kienet żvelata dik li l-Gvern qed isejjaħ ‘evidenza ġdida’ dwar konkos difettuż fl-Emergenza fl-Isptar Mater Dei. Il-Gven qal li kien reġa waqqaf l-Inkjesta preseduta mill-ex deputat Laburista Philip Sciberras biex tistħarreġ.

Fir-reazzjoni tiegħu l-Partit Nazzjonalista appella lill-gvern biex jibgħat l-evidenza ġdida dritt għand il-Pulizija u ma jaħlix aktar zmien

L-Oppożizzjoni nnotat li l-Ministru Konrad Mizzi li reġa’ qabbad lill-eks Deputat Laburista Philip Sciberras biex jinvestiga hekk imsejħa evidenza ġdida b’rabta mal-każ tal-konkos tal-Isptar Mater Dei.

Ladarba l-eks Deputat Laburista Philip Sciberras, flimkien ma’ ibnu l-Vici Sindku Laburista Alex Sciberras, diġà għaddew il-konklużjonijiet tagħhom, din l-hekk imsejjħa evidenza ġdida għandha tintbagħat minnufih għand il-Pulizija għall-investigazzjoni tagħha.

Il-Partit Nazzjonalista sostna li l-Gvern għandu jieqaf jaħli ż-żmien u jolloq paraventi biex jipprova jipproteġi lil min jaħti u jħammeg lil min ma jaħtix.

F’ġimgħa mimlija skandli li qed jikxfu l-ħmieġ fil-qalba tal-Gvern – fosthom l-iskandlu taż-Żonqor, l-iskandlu ta’ Strada Zekka u saħansitra l-Kodiċi ta’ Etika mbażwar – il-Gvern ried jara x’se jerġa’ jivvinta.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Konrad Mizzi imisshom jieqfu jilgħabu l-logħob tat-tfal u jieħdu azzjoni serja minnufih kontra dawk li wettqu frodi fil-konkos tal-isptar.