Lokali

Jinstab raġel mejjet f’San Ġiljan

habta
Incident

Fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra nstab raġel mejjet. Ir-raġel ġie identifikat bħala Svediż ta’ 47 sena.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza iżda ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jidher li r-raġel miet b’kawża naturali.

Minn informazzjoni li għandu dan is-sit, il-Pulizija sabu xi flus, passaport, żewġ mowbajls u card ta’ lukanda.

L-investigazzjoni għadha għaddejha.