Lokali

Aġġornata: Polidano Group jiċħad li kien involut f’provvista ta’ materjal għall-power station il-ġdida

Jinstab konkos dgħajjef u inferjuri fil-bini tal-power station il-ġdida

Il-power station il-ġdida li qed tinbena mill-Gvern Laburista f’Delimara iffaċċjata bi problema u kontroversja ġdida. Rapport fil-ġurnal The Malta Independent on Sunday isostni li fil-bini ta’ din il-power station il-ġdida instab konkos inferjuri u dgħajjef.

Ir-rapport isostni li l-konkos dgħajjef tpoġġa minn Polidano Group u li dan il-konkos ma kienx tal-kwalita kif spesifikata u ordnata minn Siemens. Jirriżulta li dan il-konkos instab wara li Siemens ordnaw li jsir tesitjiet fuq il-konkos kollu li intefa s’issa fil-proġett.

Siemens ordnaw li t-tesitjiet isiru fuq 260 pile ta’ konkos li tpoġġew fil-pedamenti tal-power station ta’ Delimara. Jirriżulta li l-kuntrattur Polidano Group oġġezzjona għal dawn l-ispezzjonjiet għaliex sostna li normalment il-prattika wżata hi li jsiru tesitjiet biss fuq kampjuni tal-konkos.

Minkejja din l-oġġezzjoni, Siemens insistew u għamlu t-testijiet li stabbilew li sitta mill-40 pile ta’ konkos li tpoġġew s’issa kienu ta’ kwalita C32 meta dawn suppost kienu C45. Polidano kien ordant biex iwaqqa’ l-piles tal-konkos li kienu diġa iddaħħlu fl-art u kellu jibdilhom bi spejjeż għalih.

Sadattant rapport ieħor fl-istess ġurnal jikkonfermna li l-Fondazzjoni ghas-Servizzi mediċi, l-FMS, qatt ma għamlet waiver għall-mitejn elf fi ħlasijiet lil Skanska. Jirriżulta li fil-fatt l-FMS qatt ma talbet parament ta’ E200,000 mingħand Skanska u dan l-ammont fil-fatt jirrappreżentaw il-hlas finali li l-FMS kellha tagħti lil Skanska għas-servizzi tagħhom f’Mater Dei.

Dwar il-kontroversja marbuta mal-ġibjuni, ir-rapport isostni li dawn qatt ma kienu diżinjati minn Skanska iżda minn Ortesa fl-1996 meta l-isptar kienu għadu San Raffaele. Skanska ħadu responabbilta tal-isptar fl-2000 meta sar il-ftehim mal-FMS.

Meta qamet il-kwistjoni tal-ġuibjni, l-aħħar E200,000 li kellhom jitħallsu lil Skanska kienu inżammu temporanjament sakemm l-FMS irċeviet parir legali fis-sens li kien ferm diffiċli li l-aħħar pagament jinżamm lil Skanska għaliex il-ġibjuni ma kinux responasbbilta’ tagħhom. The Malta Independent issostni li l-Project Closure Agreement għall-bini ta’ Mater Dei iffirmat bejn l-FMS u Skanska jistupla ċar li l-Gvern għandu toroq legali li bihom jista jfittex lil Skanska dwar konkos inferjuri.

Tikber ukoll il-kontroversja dwar il-konflitt ta’ interess tal-ex deputat Laburista u ex imħallef Philip Sciberras li kien imqabbad mill-Gvern biex jagħmel l-inkjesta dwar il-konkos ta’ Mater Dei. Minbarra l-kontroversja dwar il-konflitt ta’ interess propju għaliex it-tifel tiegħu kien involut fl-istess inkjesta issa jirrizulta wkoll li Philip Sciberras jitħallas mill-Gvern ghal diversi servizzi fosthom bħala chairman tal-bord konsulttativ ta’ San Vincenz.

Sadanittant il-kumpanijja Polidano Group qed tiċħad dawn l-allegazzjonijiet. Il-Kumpannija Polidano Group saħqet li qatt ma kienet involuta f’provvista ta’ materjal għall-power station il-ġdida.