Alan Comerford, il-Konsulent Ingliż ta’ Konrad Mizzi, il-Ministru tas-Saħħa u l-Enerġija, is-sena l-oħra daħħal mal-€250,000 minn konsulenzi fost oħrajn. Dan ifisser medja ta’ €685 kuljum!
Alan Comerford hu aġevolat ħafna mill-Gvern Laburista, b’mod partikulari mill-Ministru Konrad Mizzi li saħansitra matul ix-xhur li għaddew ħadu miegħu ċ-Ċina għal dik li suppost kellhom jattendu konferenza dwar il-fertilità. Dan minflok mal-Ministru Konrad Mizzi ħa miegħu lis-Segretarju Parlamentari Chris Fearne!
Tant Konrad Mizzi jaġevola lil dan Alan Comerford li anke fil-Parlament – l-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż – jagħmel minn kollox biex ma jiżvelax informazzjoni dwaru.
//= $special ?>