Lokali

Aġġornata: Jinstab il-katavru tat-tfajla ta’ 27 sena f’ Lapsi

It-tfajla li kienet irrapurtata nieqsa l-Ġimgħa filgħaxija, Ruth Attard, nstabet dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa u nofs.

Hi nstabet mejta fil-baħar viċin Lapsi, ż-Żurrieq hekk kif dalgħodu kien rrappurtat li ttella’ katavru ta’ tfajla minn Lapsi.

Il-katavru ttella’ mill-Forzi Armati ta’ Malta u mill-ewwel ttieħed fil-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei biex tkun identifikata’ t-tfajla.

It-tfajla li kellha 27 sena , l-aħħar li dehret kien f’Wied iż-Żurrieq għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija.