Lokali

L-iskema tal-bejgħ tal-Passaport Malti se tkun estiża

Passaport Malti

Kollox jindika li hi l-intenzjoni tal-Gvern Malti li jestendi l-iskema tal-bejgħ tal-Passaport Malti. Oriġinarjament il-Prim Ministru Joseph Muscat kien wiegħed li darba fil-bejgħ tal-Passaport Malti jintlaħaq threshold, din l-iskema titwaqqaf.

Iżda issa jidher li l-Gvern qiegħed ibiddel fehemtu dwar din il-wegħda u jirriżulta li darba jintlaħaq it-threshold ta’ 1,800 Passaport Malti mibjugħ, l-iskema m’hix se tingħalaq iżda se tkun estiża.

F’intervista pubblikata aktar kmieni din il-ġimgħa f’The Business Observer, Joe Vella Bonnici, iċ-Chairman ta’ Identity Malta, qal li hu ma kellu l-ebda dubju x’se jiġri darba jintlaħaq it-threshold ta’ 1,800 Passaport Malti mibjugħ lil persuni barranin. Hu qal li dak li probabbilment jiġri hu li din l-iskema tkun estiża, aktar u aktar wara l-bejgħ suċċess li sar matul ix-xhur u l-ġimgħat li għaddew tal-Passaport Malti fejn il-pajjiż ikun daħħal miljuni ta’ ewro.