Lokali

Niedi l-Konvenzjoni Kostituzzjonali, AD tgħid lill-Prim Ministru

Fl-isfond tat-twaqqif ta’ Kumitat fuq l-għarfien tal-kostituzzjoni Maltija, ic-chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, il-Prof. Arnold Cassola, qal: “Waqt li Alternattiva Demokratika tilqa’ it-twaqqif ta’ Kumitat fuq l-għarfien tal-kostituzzjoni Maltija, magħmul minn intellettwali, akkademiċi u nies ta’ kultura, hija tħoss li kien ikun aktar għaqli li, bħala l-ewwel pass, titwaqqaf il-Konvenzjoni Kostituzzjonali li l-Gvern wiegħed fil-programm elettorali tiegħu li jwaqaf biex iġib fis-seħħ ir-riformi politiċi u kostituzzjonali tant meħtieġa fil-pajjiż.

Ironikament, jekk ma tinbediex minnufih din-Konvenzjoni Kostituzzjonali, il-pajjiż ser jispiċċa jonfoq mijiet ta’ eluf ta’ ewro, jekk mhux saħansitra miljuni, biex jiġi ppubblikat materjal li jgħarraf dwar il-kostituzzjoni preżenti, meta din tista’ tigi riveduta sostanzjalment u aġġornata skont il-ħtiġijiet attwali tal-pajjiż.

Ghalhekk nitolbu lill-Gvern biex jitnieda minnufih il-process ta’ tigdid tal-kostituzzjoni li jaghmilha tassew kostituzzjoni inklussiva u ta’ kulhadd. U b’hekk, ukoll, il-Kumitat fuq l-gharfien tal-kostituzzjoni Maltija, ikun jista’ jibda jxerred fost il-poplu il-Kostituzzjon kif aggornata u mhux l-verzjoni armai outdated taghha”.