Futbol Sport

Paul Zammit maħtur kowċ ta’ Valletta – Njongo Priso l-ewwel akkwist

Waqt il-laqgħa ġenerali annwali ta’ dalgħodu, Valletta FC ħabbru li l-kowċ Paul Zammit se jiffirma kuntratt ta’ tliet snin mal-klabb.

Preżentament Zammit jinsab barra fuq impenn personali iżda kif jirritorna Malta se jkun qed jiffirma ma’ Valletta u tibda t-tieni avventura tiegħu ma’ Valletta.

Intant matul l-AĠM tħabbar il-winger Njongo Priso, plejer mill-Kamerun ta’ 26 sena li mistenni jikseb ċittadinanza Maltija, bħala akkwist ġdid tal-klabb.

L-aħbar li Priso, qed jinteressa lil Valletta kienet diġa’ tħabbret minn dan is-sit ix-xahar li għadda.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).