Lokali

12-il kadett ġdid jibdew sena taħriġ mal-FAM

12-il żagħżugħ, fosthom tfajla, dalgħodu ntlaqgħu mill-Forzi Armati ta’ Malta bħala kadetti fil-bidu ta’ sena ta’ taħriġ militari.

Il-kadetti se jgħaddu l-ewwel tliet xhur f’taħriġ militari mill-Forzi Armati ta’ Malta stess imbagħad jintbagħtu f’akkademji militarji magħrufa barra minn Malta għal iktar taħriġ.

B’kollox kienu applikaw 50 persuna biex jingħaqdu mal-Forzi Armati ta’ Malta.