Mara ta’ 39 sena mill-Gżira ġarbet ġrieħi gravi wara li l-Ħadd filgħaxija kienet nvoluta f’inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:30 ta’ filgħaxija fi Vjal il-Blue Grotto fiż-Żurrieq meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn vann tat-tip Isuzu u mutur tat-tip Honda.
Il-Kundizzjoni tax-xufier tal-mutur, raġel ta’ 29 sena mill-Birgu għad mhux magħrufa.
Ix-xufier tal-vann, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 70 sena, minn Ħaż-Żabbar, sofra ġrieħi ġfief.
Fuq il-post issejħu żewġ ambulanzi kif ukoll Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha ghaddejja.
//= $special ?>