Il-garanzija tal-istat li l-Gvern ta lill-Electrogas biex tkun tista’ tikseb b’self is-somma ta’ €88 miljun għall-bini tal-powerstation hi unika.
Stqarr dan il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna meta mistoqsi mill-ġurnalisti.
Mistoqsi jekk il-Ministeru tal-Finanzi hux se jippubblika l-ittra ta’ garanzija li ħareġ lill-Electrogas, il-Ministru Scicluna wieġeb fin-negattiv.
Lill-Ministru Edward Scicluna staqsejnieh ukoll dwar l-iskandlu tal-proprjetà fi Strada Zekka, fejn il-Gvern xtara din il-proprjetà u għamel sinjur mil-lum għall-għada lill-familja Gaffarena.
//= $special ?>

