Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tnejn, 8 ta’ Ġunju.
IN-NAZZJON jikkwota lill-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid illi irid inaddaf il-politika, u jinsisti li l-iskandlu ta’ Strada Zekka fih riħa qawwija ta’ korruzzjoni.
THE TIMES OF MALTA b’rapport illi juri kif Joseph Muscat qed jevita d-domandi dwar l-iskandlu ta’ Gaffarena.
THE MALTA INDEPENDENT tgħid illi Polidano Group ċaħad illi issupplixa l-konkos għall-proġett tal-pedamenti tal-power station il-ġdida.
L-ORIZZONT jippubblika storja fil-faċċata biex jattakka lis-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-PN.
//= $special ?>