Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ħabbar li nhar is-Sibt 20 ta’ Ġunju fl-10:30am se jattendi għall-protesta li se ssir quddiem il-bini tal-Parlament fil-Belt organizzata mill-Front Ħarsien ODZ.
Il-Protesta, li tħabbret mill-Front Ħarsien ODZ is-Sibt li għadda, se tkun protesta nazzjonali u ser ikollha t-tema ta’ ‘Save Żonqor’, biex il-Gvern ma jibqax għaddej bil-pjani u jiżviluppa iż-żona ODZ taż-Żonqor.
Il-Front qal li l-protesta ser tkun miftuħa għal parteċipazzjoni ta’ nies minn kull qasam tal-ħajja u twemmin politiku.
//= $special ?>