…kuntratt minnhom bħala konsulent dwar il-Karnival
Il-Gvern ikkonferma li ħatar żewġ konsulenti mal-Kunsill Malti għall-Arti, b’wieħed mill-konsulenti jingħata kuntratt bħala konsulent dwar il-karnival b’salarju li hu abbinat ma’ skala 5 – fil-livell ta’ Assistent Direttur fiċ-ċivil.
Dan kien ikkonfermat mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici, għal mistoqsijiet li saru fil-Parlament mill-Viċi Kap għall-Ħidma fil-PN, Beppe Fenech Adami, li staqsa dwar kuntratti li ngħataw individwi mal-Kunsill Malti għall-Arti wara li spiċċaw mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali.
Jirriżulta li Jason Busuttil ingħata Contract for Service bħala Carnival Consultant mal-Kunsill Malti għall-Arti. Is-salarju hu dak abbinat ma’ skala 5.
Individwu ieħor li wkoll spiċċa mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali ngħata wkoll kuntratt mal-istess Kunsill. Lino Farrugia ngħata wkoll Contract for Service bħala konsulent mal-Kunsill Malti għall-Arti. Is-salarju hu dak ta’ skala 7.
//= $special ?>