Mill-2013 sal-lum, kien hemm 31 persuna f’Għawdex li nqatgħu mir-reġistru ta’ dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol. Aktar minn nofs ta’ dan in-numru nqatgħu din is-sena, meta għadha lanqas għaddiet nofs is-sena.
Dan jirriżulta minn mistoqsijiet parlamentari li saru mix-Shadow Minister għal Għawdex Chris Said, li staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo, jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni Ghawdxin li nqatgħu mir-reġistru ta’ dawk li jkunu qed ifittxu x-xogħol fl-2013, fl-2014 u fl-2015 sal-lum.
Jirriżulta li filwaqt li b’kollox ġew maqtugħa 31 persuna, din is-sena li għadha lanqas għaddiet nofsha, diġà nqatgħu 18-il persuna meta s-sena l-oħra, fl-2014, f’sena sħiħa ġew maqtugħa 10 persuni, u fl-2013 f’sena sħiħa ġew maqtugħa tliet persuni.
//= $special ?>