Il-Gvern jibqa’ ma jagħti ebda risposta lil Valletta FC dwar l-għoti ta’ art lill-klabb sabiex dawn jingħataw art oħra għal bini ta’ stadium ġdid. Dan wara li l-art li l-Gvern preċidenti kien ta lil Valletta FC, dan il-Gvern irid jużha għall-avvjazzjoni.
Sa llum Valletta FC għadhom qed iħalsu lid-dipartiment tal-artijiet għall-art li mistennija tittieħed lilhom.
Waqt il-programm Replay Ikompli, il-Viċi President Paul Spiteri qal li l-Gvern għadu ma ta ebda dettalji lill-klabb dwar l-art il-ġdida minkejja li tliet xhur ilu l-klabb iltaqa’ mal-Prim Ministru dwar din il-kwistjoni.
Spiteri qal li waqt il-laqgħa ġenerali annwali tal-bieraħ, il-partitarji talbu sabiex issir protesta iżda għalissa l-klabb għażel li jippaċifika l-affarijiet.
Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

