L-iskandlu ta’ Strada Zekka għandu “fwieħa ta’ korruzzjoni”.
Hekk stqarr l-Editur Maniġerjali tal-Malta Today Saviour Balzan meta llejla kien mistieden fuq il-programm Newsfeed fuq NET TV.
L-iskandlu ta’ Strada Zekka kien fil-qofol tad-diskussjoni waqt il-programm Newsfeed. Saviour Balzan saħaq li f’dan il-każ hemm xi ħaġa tinten.
Saviour Balzan qal ukoll li s-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva Michael Falzon lanqas kellu d-diċenza li jwieġeb il-mistoqsijiet li sarulu dwar dan l-iskandlu.
Fil-każ skandaluż ta’ Triq Zekka Mark Gaffarena ingħata kumpens ta’ aktar minn 3 miljun ewro: nofs miljun fi flus kontanti u 48,000 metru kwadru artijiet għal nofs proprjetà fi Triq Zekka.
//= $special ?>

