Lokali Parlament

L-Uffiċjali tal-UĦM iżuru l-Parlament il-ġdid

Il-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) ippreżentat inkwatru b’ħames prijoritajiet li l-Membri Parlamentari Maltin għandhom iżommu f’moħħhom u jiddiskutu.

Din l-inizjattiva tal-UĦM hi parti mill-Voice of the Workers, bl-għan li l-vuċi tal-ħaddiem tingħata widen anke fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Filfatt, dan l-inkwatru se jitpoġġa fil-lobby tal-Parlament, minn fejn jgħaddu l-Membri Parlamentari, biex iżommu dawn il-prijoritajiet dejjem f’moħħom.

Fost l-oħrajn, l-Ispeaker Anġlu Farrugia tkellem dwar il-prijorità li tiġi indirizzata fl-immedjat il-problema tat-trasport. “Mhux sew li ħaddiem idum tant ħin biex jasal għax-xogħol”, stqarr l-Ispeaker, li appella għal pjan sostenibbli.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia għamel mill-ġdid l-appell li min m’għandux abbonament ma’ kumpanija lokali għas-servizzi tat-televiżjoni, għandu jkollu dritt isegwi s-seduti. Qal li mindu bdew ix-xandiriet, is-seduti tal-Parlament bdew jiġu segwiti anke minn Maltin li jgħixu l-Kanada, l-Awstralja u l-Istati Uniti.

Wara l-preżentazzjoni, l-Uffiċjali tal-UĦM iddawwru mal-binja tal-Parlament il-ġdid.