Futbol Sport

Peter Pullicino fiċ-Ċentru Tekniku tal-MFA

Wara li nħall mill-kuntratt tiegħu minn ma’ Birkirkara, fejn serva bħala assistant kowċ tal-klabb fl-era ta’ Paul Zammit bħala kowċ, Peter Pullicino mistenni jifforma parti miċ-ċentru tekniku tal-MFA taħt it-tmexxija ta’ Robert Gatt.

Hu mifhum li fir-rwol ta’ kowċ ta’ taħt id-19-il sena, l-MFA se tkun qed taħtar kowċ barrani u dan wara li Wayne Attard ħalla l-kariga biex jieħu t-tmexxija ta’ Luxol St. Andrew’s fil-Kampjonat Premier.

Iktar aħbarijiet mix-xena tal-futbol lokali fuq Replay (Net Television).