Lokali

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt

Raġel ta’ 45 sena mill-Mosta jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kellu inċident tat-traffiku fi Triq Sant’ Andrija, San Ġiljan. L-incident sehh ghall-habta ta’ nofs il-lejl.

Ir-raġel kien qiegħed isuq mutur tat-tip Piaggio Vespa meta għal xi raġuni ħabat mar-roundabout u skiddja. Fuq il-mutur flimkien mar-raġel kien hemm mara ta’ 36 sena, mill-Boznja iżda residenti San Ġiljan.

Ix-xufier tal-mutur weġġa’ gravement u ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef hajtu, filwaqt li l-mara qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.