Internazzjonali

Allert dwar l-ivvjaġġar lejn il-Korea ta’ Isfel minħabba l-epidemija tal-MERS

L-awtoritajiet f’Hong Kong ħarġu allert rigward l-ivvjaġġar lejn il-Korea ta’ Isfel, li fil-preżent qed tagħmel l-almu tagħha biex trażżan epidemija tal-Middle East Respiratory Syndrome (MERS). It-twissija tfisser li s-sitwazzjoni tal-virus fil-Korea ta’ Isfel hi kkunsidrata bħala theddida sinifikanti għat-turiżmu.

Għaldaqstant, ir-residenti f’Hong Kong huma mwissija jħassru l-vjaġġi lejn dan il-pajjiż li ma jkunux assolutament neċessarji. Il-Korea ta’ Isfel illum ikkonfermat is-seba’ mewta minn infezzjoni tal-MERS, fejn hu mifhum li f’dan il-pajjiż hemm madwar 100 persuna li spiċċat infettata bil-virus.