Mill-inqas ħames persuni mietu waqt sparatura f’villaġġ fil-provinċja ta’ Hebei, u l-vittmi jinkludu żewġ pulizija u l-aggressur suspettat, li jingħad li kien skiżofreniku.
Stqarrija tal-pulizija qalet li l-aggressur, li kien jismu Liu Shuangrui u li kien armat b’senter, fetaħ in-nar fuq in-nies fil-villaġġ, fid-distrett ta’ Suning, li hu msemmi għall-biedja. Liu Shuangrui nqatel aktar tard u wara li ħalla warajh numru ta’ midruba.
L-isparaturi li jħallu konsegwenzi ta’ dan it-tip huma pjuttost rari fiċ-Ċina fejn l-aċċess għall-armi tan-nar hu strettament ipprojbit.
Hu mifhum li Liu, li kellu 65 sena, l-ewwel qatel tnejn mill-ġirien tiegħu, imbagħad fetaħ in-nar fuq il-pulizija li waslu fl-inħawi, bir-riżultat li qatel tnejn minnhom.
Ir-rapporti, aktar tard, qalu li l-pulizija sparaw lejn Liu u qatluh fuq il-post. L-istqarrija mill-awtoritajiet lokali kompliet li Liu kien ilu żmien ibati mill-effetti fit-tul tal-iskiżofrenija.
//= $special ?>
