Membri tal-Bomb Disposal Unit tal-Forzi Armati ta’ Malta kmieni waranofsinhar issejħu biswit l-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħaż-Żebbuġ b’rabta ma’ oġġett suspettuż u li seta’ kien bomba.
Wara li ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha u z-zona kienet evakwta min-nies, il-membri tal-Bomb Disposal Unit, analizzaw l-oġġett li nstab li ma kien fih xejn ta’ periklu u hekk it-triq ta’ quddiem l-Għassa tal-Pulizija biswit il-ġenb tal-Knisja setgħet terġa’ tinfetaħ għan-nies li riedu jgħaddu minnha.
//= $special ?>