Futbol Sport

Cech f’diskussjonijiet ma’ Chelsea

Il-ġimgħa li ġejja l-gowlkiper ta’ Chelsea Petr Cech se jkollu diskussjonijiet mal-klabb rigward il-futur tiegħu. Fl-istaġun li għadu kemm intemm Cech kien ġeneralment il-gowlkiper numru tnejn tat-tim minħabba li minfloku kien qed jibda Thibaut Courtois. Rapporti fil-midja Ingliża qed isostnu li Arsenal huma interessati f’Cech li għandu 33 sena. Matul l-istaġun diversi kienu d-drabi fejn Cech stqarr li jekk jibqa’ jiġi ikkunsidrat bħala sostitut ifittex klabb ġdid. Cech ilu 11-il sena ma’ Chelsea.