Futbol Sport

Fiorentina jkeċċu lil Montella

Tard it-Tnejn filgħaxija Fiorentina ħabbru li keċċew lill-kowċ Vincenzo Montella. Kontra kull mistenni, Fiorentina ħadu din id-deċiżjoni u fi stqarrija li ippubblikaw kitbu li ħadu din id-deċiżjoni ‘għall-ġid tal-klabb’. Jidher li l-Viola ħadu din id-deċiżjoni wara li Montella stess għadda kummenti kemmxejn kontroversjali fil-konfront tad-diriġenti tal-klabb.

Barra minn hekk, rapporti fil-midja Taljana qed jgħidu li Fiorentina qed jitolbu s-somma ta’ ħames miljun ewro mingħand il-klabb li jkun irid jaħtar lil Montella bħala kowċ. Matul l-aħħar ġimgħat Napoli kienu ferm interessati fis-sevizzi ta’ Montella wara li l-kowċ tagħhom Rafa Benitez ħalla lill-klabb biex imexxi lil Real Madrid imma hekk kif saru jafu b’din il-klawsola tilfu l-interess kollu fl-eks attakkant ta’ Roma.