Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tlieta, 9 ta’ Ġunju.

IN-NAZZJON bi storja dwar sfreġju ambjentali f’San Lawrenz Għawdex minn xi ħadd li jrid jibni mansab. Il-MEPA tinjora rapporti kontinwi fuq dak li qed jiġri.

THE TIMES OF MALTA issegwi l-istorja tal-garanzija bankarja li ħareġ il-Gvern Malti lill-konsorzju Electrogas. Tikkwota lill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna jgħid illi din il-garanzija statali hija ‘unika’ fix-xorta tagħha.

THE MALTA INDEPENDENT tgħid illi l-inkjesta dwar il-materjal użat fil-bini tal-Mater Dei – liema inkjesta kienet reġgħet infetħet – se tiġi konkluża fi ftit jiem.

L-ORIZZONT tirrapporta li hemm ħames pajjiżi tal-UE li huma kontra l-kwoti tal-immigranti.