Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija feraħ lil Dylan Muscat, ir-rebbieħ tal-Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija 2015, li ġie organizzat mill-Laboratorju tal-Paċi. Il-Partit Nazzjonalista sostna li dan huwa eżempju ieħor li juri li f’pajjiżna, hawn żgħażagħ li kapaċi jkunu ta’ eżempju tajjeb għal ħaddieħor.
Fl-istqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li lest li jkompli jgħin fit-tfassil tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, liema politika l-Partit Nazzjonalista jemmen li għandha tkun ta’ benefiċċju għall-ġid taż-żgħażagħ Maltin.
Għaldaqstant, ibbażat fuq dak li ġie diskuss bejn is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Chris Agius u l-Kelliem taż-Żgħażagħ tal-Oppożizzjoni David Agius, il-Partit Nazzjonalista qed jiproponi li jkun hemm Politika Nazzjonali għaż-Żgħażagħ li tkun maqbula bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.
Din tkun politika nazzjonali tkun bażi tajba ħafna biex f’pajjiżna tkompli tinbena soċjetà b’valuri sodi, li tgħin liż-żgħażagħ jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, u jgħinu lil pajjiżna biex ikompli miexi ‘l quddiem sostna l-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>