Ambjent Lokali

“Il-PBS qed thammar wicc il- Gvern” – Id-Deputat Marlene Farrugia

Wara li anke l-Front Ħarsien ODZ ilmenta b’mod formali mal-Awtorità tax-Xandir u mal-PBS għal dik li sejjaħ bħala ċensura politika kontrih, id-Deputat Laburista Marlene Farrugia qed tgħid illi jekk il-Gvern jippermetti li l-PBS jimxi b’dal-mod “ikun kompliċi”.

Marlene Farrugia kitbet aktar kummenti fuq is-social media. Hi spjegat illi jidħaq bin-nies min iwiegħed ħaġa mill-Oppożizzjoni imbagħad jagħmel oħra, u xi erba’ mazzuni jċapċpulu flok jiftħulu għajnejh għall-iżbalji ħoxnin li jkunu qed isiru.

“Naturalment jibqgħu jgħidu li kollox sejjer sew minħabba l-indulgenzi…anke jekk ikunu jafu li qed jidħku bihom infushom u bin-nies l-oħra”, sostniet Marlene Farrugia.

marlene pbs