In-negozjaturi tan-Nazzjonijiet Uniti ppreżentaw il-gruppi rivali tal-Libja b’abbozz ta’ proposta biex jiffurmaw Gvern Libjan għall-Għaqda Nazzjonali. Dan hu intiż biex jintemm il-konflitt ta’ xhur bejn l-entitajiet rivali u meta kibret il-possibbiltà li l-Libja tispiċċa bħala Stat fallut.
Sadanittant, fil-jiem li ġejjin mistennija aktar taħditiet dwar il-Libja u wara l-aħħar taħditiet għall-paċi fil-Marokk, li tmexxew min-Nazzjonijiet Uniti. L-Uffiċjali tal-Punent qed jinsistu li t-taħditiet fuq il-livell tan-Nazzjonijiet Uniti huma l-unika tama li jista’ jintemm il-ġlied bejn il-Gvernijiet rivali tal-Libja u l-qawwiet rispettivi. Il-Libja ilha mheżża mill-vjolenza ċivili mir-rewwixta tal-2011, li ġabet fi tmiem ir-reġim tal-eks Dittatur Muammar Gaddafi.
Il-Gvern Libjan li jgawdi għarfien barra minn pajjiżu ilu jaħdem minn Tobruk mindu alleanza armata, magħrufa bħala ż-Żerniq Libjan, ħatfet kontroll ta’ Tripli u waqqfet Gvern ieħor fil-kapitali Libjana.
//= $special ?>