Il-Parlament f’Bucharest ma aċċettax li titneħħa l-immunità għall-prosekuzzjoni għall-Prim Ministru Rumen Victor Ponta, wara li hu kien spiċċa interrogat fuq suspett ta’ frodi, evażjoni tat-taxxa u ħasil ta’ flus.
Intant, Ponta, li jinsab taħt pressjoni biex jirriżenja, qal li se jibqa’ fil-kariga biex jevita kriżi politika fit-tul għar-Rumanija.
L-uffiċjali li jieħdu ħsieb il-każi tal-korruzzjoni bħalissa qed jinvestigaw il-ħidma ta’ Ponta bejn l-2007 u l-2011. Intant, il-Parlament Rumen hu ddominat mill-koalizzjoni taċ-Ċentru-Xellug (ta’ Ponta) u l-vot mid-deputati biex jirreżistu l-prosekuzzjoni tal-Prim Ministru ma ntlaqax daqstant b’sorpriża.
L-aġenzija Rumena DNA għal kontra l-korruzzjoni staqsiet diġà d-domandi pertinenti lil Victor Ponta meta qed tinvestiga allegazzjonijiet li l-Prim Ministru uża invoices imbagħbsin minn kumpanija tal-liġi biex, fost affarijiet oħrajn, jixtri karozza u żewġ appartamenti lussużi.
//= $special ?>

