Wara li skurja l-ewwel gowl tiegħu għat-tim nazzjonali Malti, grupp ta’ Maltin infexxew f’attakki persunali b’kummenti razzisti kontra l-attakkant Alfred Effiong, plejer Niġerjan li kiseb nazzjonalita’ Maltija wara snin twal jgħix u jilgħab il-futbol għal klabbs f’Malta.
Effiong, li hu miżżewweġ Maltija, spiċċa fil-mira ta’ żewġ gruppi ewlenin kontra l-immigrazzjoni fuq Facebook; Name and Shame (MALTA) u Daqshekk ghall-Immigrazzjoni Llegali f’Malta … u dan minkejja li Effiong ma wasalx f’Malta llegalment.
Madankollu, minbarra dawn il-kummenti offensivi, kienu ħafna dawk li wrew simpatija ma’ Effiong, li meta ġab iċ-ċittadinanza, f’kummenti lill-media kien stqarr kemm iħossu onorat li fl-aħħar jista’ jsejjaħ lil Malta bħala pajjiżu.
Madankollu wieħed mill-persuni li kitbu dawn il-kummenti, Darren Abela, iktar tard ikkjarifika li kien biss sarkastiku u nnota li diġa’ bagħat jiskuża ruħu mal-plejers għal kull offiża mhux intenzjonata li seta’ ħa bil-kummenti tiegħu.
//= $special ?>

