Lokali

Jitwieled ċerv iswed f’Malta

Fl-Arka ta’ Noe, razzett kbir fis-Siġġiewi, ftit tas-sigħat ilu twieled ċerv iswed li issa jingħaqad ma’ madwar 14-il ċerv ieħor fl-istess razzett u li jinsabu f’gaġġa ta’ 1,150 metru kwadru.

Sid ir-razzett, Anton Cutajar, spjega lil MaltaRightNow li ċ-ċriev suwed huma rarissimi u ddeskriva t-twelid ta’ dan iċ-ċerv “bħal qisek irbaħt il-lotterija fl-Amerka.”

Fl-istess propjeta’ fl-aħħar xhur wasal ukoll annimal ieħor rari, iljun abjad, li bħalu hawn biss madwar mija fid-dinja u hu uniku għal Malta.

Cerv Iswed 2