Lokali Parlament

Kumpanija privata flok il-pulizija fid-Dipartimenti tas-Servizzi Soċjali

Il-Gvern waqqaf is-servizzi li l-pulizija kienu jagħtu sa ftit tal-ġimgħat ilu fid-Dipartimenti tas-Servizzi Soċjali biex issa bdew jingħataw mill-kumpanja privata, Kerber Securities Limited.

Għall-mistoqsijiet fil-Parlament tax-Shadow Ministers Jason Azzopardi u Paula Mifsud Bonnici, il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Farruga qal li s-servizzi f’dawn id-dipartimenti tal-gvern qed jiġu pprovduti minn kumpanija privata tas-sigurtà.

Għal mistoqsija mix-Shadow Minister Paula Mifsud Bonnici biex jgħid min hi l-kumpanija li qed tagħti dawn is-servizzi ta’ sigurtà fid-Dipartimenti tas-Servizzi Soċjali, il-Ministru Michael Farrugia qal li l-kumpanija hi Kerber Securities Limited li rebħet il-kuntratt wara li offriet l-orħos offerta.

Kien ix-Shadow Minister Jason Azzopardi li staqsa lill-Ministru Farrugia jgħid min se jkun qiegħed jipprovdi s-servizzi li kienu jagħtu l-pulizija f’dawn id-dipartimenti tal-Gvern wara li l-pulizija kienu infurmati li kienu se jitwaqqfu f’dawn id-dipartimenti.