It-tennista Spanjol Rafael Nadal niżel fl-10 post f’dawk li huma rankings mondjali tat-tennis. Dan hi l-agħar pożizzjoni li qatt kien Nadal sa mill-2005 meta dakinhar kien fil-11-il post. Nadal, rebbieħ ta’ 14-il Grand Slam safa eliminat fil-kwarti finali tal-Open ta’ Franza kontraNovak Djokovic. Minkejja li ħareġ tellief fil-finali kontra Stan Wawrinka, Djokovic baqa jokkupa l-ewwel post u warajh hemm isegwuh Roger Federer u Andy Murray. Wawrinka tela’ jokkupa r-raba’ post. Nhar it-Tnejn li għadda, bħal ma jsir is-soltu, ir-rebbieħ tal-Open ta’ Franza, Wawrinka ippoża bit-trofew quddiem it-torri Eiffel.
Intant, fil-kategorija tan-nisa l-Amerikana Serena Williams kabbret il-vantaġġ tagħha fil-quċċata ta’ dawn ir-rankings wara li nhar is-Sibt li għadda rebħet l-Open ta’ Franza meta fil-finali għelbet lil Lucie Safarova. Dan kien l-20 Grand Slam li rebħet fil-karriera glorjuża tagħha. Minn naħa tagħha Safarova telgħet tokkupa s-seba’ post filwaqt li l-eqreb rivali ta’ Williams hi t-tennista mir-Repubblika Ċeka Petra Kvitova.
//= $special ?>

